top of page

Xi drapp għandek tagħżel għal purtieri tad-dar ?

Mistoqsija li nisimgħu ta’ spiss għand MG HOME INTERIORS hi , x’tip ta’ purtieri għandek tuża għal kmamar differenti fid-dar tiegħek. Xi ħaġa li għandek iżomm f’moħħok meta tiġi biex tagħżel id-drapp għal kmamar tiegħek mhuwiex it-tip ta’ drapp iżda l-istil u l-kuluri li għandek fil-kamra. Hawn nies li jagħmlu sheer sabiħa fis-salott u oħrajn li l-istess sheer jużawa fil-kamra tal-banju għaliex għandhom kamra tal-banju lussuża.




Xi ħaġa oħra li għandek iżomm f’moħħok hi jekk l-purtieri tridomx biss biex iżejjen jew inkella għal privatezza. Jekk diġa għandek il-blinds installati mela probabli li se tagħmel il-purtieri għas-sbuħija għalhekk tista tmur għal purtieri sempliċi tax-sheer jew b’xi patern partikolari , pero jekk ma għandekx blinds għandek bżonn purtieri li jsejħulhom heavy curtains għaliex dawn jagħtuk l-privatezza li għandek bżonn, dan ma jfissirx li ma tistax tagħmel biċċa sheer fuq wara għal gost.


Dejjem ftakar li mhux kull materjal jagħti blackout , allura jekk trid li malli tagħlaq il-purtieri ikollok dlam ċappa d-dar importanti li ssaqsi u tara li d-drapp li se tagħżel hu apposta biex idallam il-post.


Għalhekk meta tiġi biex tagħżel id-drapp għal purtieri tiegħek inħeġġukom li ssaqsu għal parir ta’ xi ħadd li jifhem , ħalli żġur ma tkunux dizzapuntati.


Jekk tmur għand MG HOME INTERIORS sal-aħħar ta’ Jannar u taqta’ d-drapp għal purtieri tiegħek se jtuk l-ħjata b’xejn.




45 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page