top of page

Il-pavaljun!

Updated: Mar 8, 2022

Il-pavaljun għadu moda? Fejn tista’ tużah? X’tip ta’ pavaljuni jeżistu?


Ħafna jistaqsu jekk il-pavaljun għadux moda. Il-pavaljun huwa xi ħaġa klassika però jidħol anke mal-kontemporanju. Dan jiġifieri pavaljun mhuwiex xi ħaġa ta’ moda iżda ta’ stil. Jekk id-dar jew il-kamra hija klassika, ħafna drabi titlob li l-purtiera tiġi bil-pavaljun għax tkun qed iżżomm iktar mal-istil. Ma jfissirx li jekk ma jsirx pavaljun dan huwa ħażin, però bil-pavaljun se tkun iktar rikka l-purtiera.


Il-pavaljun jista’ jsir kullimkien. Ovvjament, skont il-kamra xi tkun. Tista’ tagħmel stil ta’ pavaljuni differenti. L-iktar klassiċi u popolari huma l-iswags and tails. Dawn hemm ħafna varjazzjonijiet differenti tagħhom u jistgħu jeħlu kemm ma’ sapraporta kif ukoll fuq pole. Qegħdin naraw anke stili mhux simetriċi li jiddaħħlu anke ma’ stili kemxejn iktar moderni. Iktar kemm tagħmilhom elaborati u żżewwaqhom b’xi frenza, iktar jiġu lussużi. Dawn ħafna drabi jintużaw fis-salott, kmamar tas-sodda, kurituri jew postijiet oħra li jkunu prominenti fid-dar.



Għal dawk li forsi kellhom swags and tails fil-passat u jixtiequ jibdlu imma xorta jżommu l-klassiku, qegħdin naraw ħafna l-padded boards. Din tkun sapraporta, ittappezzata u tista’ ssir f’kull forma u għamla. Jista’ jeħel pavaljun magħha biex tiġi iżjed elaborata. Timla daqs l-iswags and tails imma forsi hija iktar prattika u jeżistu stili sempliċi anke għall-modern.

Fi kċejjen u kmamar tal-banju meta nkunu rridu ndaħħlu pavaljun iktar sempliċi, anke ġieli jkunu tax-sheer, nistgħu mmoru għal valance sempliċi li jkun bil-ġmiegħ u jeħel fuq ir-rails. Dan jista’ jitfassal dritt jew għat-tond kif ukoll jista’ jiġi anke bil-goblets jew three pleats.




129 views1 comment
Post: Blog2_Post
bottom of page